Nippreservaw il-Lingwa Maltija
Kelma kelma naslu.
Il-Lingwa Maltija qed tmut. L-Intelliġenza Artifiċjali tista' tippreservahha għalina.
Biex niksbu dan, neħtieġu aktar dejta. Għandna bżonn leħen in-nies, il-VUĊI tal-poplu, biex dan ikun possibbli.
B'hekk, il-lingwa tibqa' ħajja għal dejjem.
Dan il-mudell se jiftaħ ukoll bosta possibbiltajiet teknoloġiċi ġodda għal ilsienna. Noti u studji jkunu jistgħu jiġu traskritti, u r-reġistrazzjoni ta' stejjer orali, diskorsi, jew omeliji tkun tista' sseħħ dak il-ħin bi preċiżjoni aħjar.
Dwar il-Proġett
Ngħaqqdu l-kultura u t-teknoloġija moderna biex inżommu ilsienna ħaj
Il-Missjoni
Ndaħħlu l-lingwa Maltija fl-era diġitali billi noħolqu ġabra ta' dejta mitkellma bil-Malti ta' kwalità għolja u b'sors ħieles, biex nagħmlu possibbli teknoloġija aħjar għal-lingwa tagħna.
L-Istat Attwali
Qed infittxu grupp divers ta' voluntiera biex jipprovdu reġistrazzjonijiet ta' leħinhom u jittraskrivu diversi klipps tal-awdjo eżistenti.
Sors Miftuħ
Id-dejta kollha miġbura tkun disponibbli għat-taħriġ ta' mudelli tal-IA. Taħt il-Liċenzja MALTA li għadha kemm tlestiet, il-mudelli kollha derivati jridu jkunu disponibbli b'xejn b'open weights għal skopijiet ta' riċerka u kummerċjali.
Il-Progress s'issa
Tragwardi li ksibna fi triqitna lejn it-tnedija tal-pjattaforma.
Il-Liċenzja tad-Dejta Lesta
Leħnek jibqa' tiegħek. Il-liċenzja apposta tad-dejta MALTA v0 issa tlestiet — u tippermettilek tikkontribwixxi filwaqt li żżomm id-drittijiet tal-awtur u tiżgura li l-mudelli tal-IA derivati jibqgħu b'aċċess miftuħ.
Ara l-Liċenzja MALTA u t-Termini Ewlenin →L-Ewwel Implimentazzjoni Teknika
Inbniet pjattaforma ta' traskrizzjoni mfassla apposta u bħalissa tinsab f'fażi ta' beta magħluqa.
Inqajmu Għarfien
Għaddejja komunikazzjoni attiva ma' ħallieqa tal-kontenut Maltin, arkivisti u akkademiċi, kif ukoll qed nxerrdu l-kelma fuq il-midja soċjali u pjattaformi oħra.
Kif Tista' Tikkontribwixxi
Ingħaqad magħna f'dan il-vjaġġ. Kull kontribuzzjoni tgħodd, kbira jew żgħira.
Irreġistra l-Interess Tiegħek
Irreġistra l-interess tiegħek billi timla l-formola hawn. Tirċievi email malli l-pjattaforma tat-traskrizzjoni tkun miftuħa.
Xerred il-Kelma
Għid lil sħabek, lill-familja u lill-kollegi tiegħek. Aktar ma niġbru dejta, aħjar jaħdmu l-mudelli finali tal-IA.
Ikkontribwixxi Dalwaqt
Meta l-pjattaforma tat-traskrizzjoni tkun miftuħa, tkun tista' tirrekordja klipps qosra ta' leħnek minn kwalunkwe mowbajl, jew tittraskrivi klipps tal-awdjo eżistenti.
Lest biex toffri leħnek sabiex il-lingwa Maltija tgħix għal-dejjem?
Irreġistra l-interess tiegħek illum u kun fost l-ewwel li tkun taf meta titnieda l-pjattaforma.
Irreġistra l-Interess Tiegħek